Sewwieqa Maltin tal-Go-Karts Ikkompetew fir-Rok Super Finals 2020 fl-Italja

 Sewwieqa Maltin tal-Go-Karts Ikkompetew fir-Rok Super Finals 2020 fl-Italja

Ftit tal-jiem ilu Gianluca Dingli u Kyle Micallef ħadu sehem f’kompetizzjonijiet tal-Klassi Super Rok u dik Mini Rok liema avvenimenti saru fuq iċ-ċirkwit ta’ Franciacorta fl-Italja.

Għal Dingli din kienet id-disa finali mondjali konsekuttiva filwaqt li għas-sewwieq ta’ għaxar snin Kyle Micallef din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu.

Il-finali saru taħt xita qawwija li kien ta żvantaġġ kbir għas-sewwieqa Maltin minħabba nuqqas ta esperjenza ta’ sewqan f’dan it-tip ta’ temp. Fil-Pole Position Gianluca Dingli kiseb il-15-il post filwaqt li Micallef kiseb is-27 post fil-klassi tiegħu.

Fil-finali tas-Sibt Dingli beda mill-24 post u rnexxielu jtemm il-finali fil-15-il post.  Dan ir-riżultat huwa meqjus bħala wieħed sodisfaċenti hekk kif minħabba s-sitwazzjoni preżenti, Dingli ma setax jattendi għal taħriġ u avvenimenti barra l-pajjiż.

Kyle Micallef ma’ kwalifikax għall-aħħar finali.  Iż-żewġ sewwieqa kienu taħt il-gwida ta’ Valtex Racing Team u tuners tal-magni STM.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com