Sistema Ġdida ta’ Dwal Toħroġ il-Ġmiel Tal-Koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt

 Sistema Ġdida ta’ Dwal Toħroġ il-Ġmiel Tal-Koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt

Inawgurata uffiċjalment sistema ġdida ta’ dwal fuq il-Koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt.

Dan il-proġett jinkludi r-restawr fuq barra ta’ din il-koppla, u tinkludi 139 bozza LED iddisinnjati speċifikament għall-koppla u s-saqaf ta’ din il-Knisja. Il-proġett huwa parti minn investiment ta’ €700,000 li qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li jinkludi wkoll il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Fl-inawgruazzjoni, il-Ministru Ian Borg qal li llum qegħdin naraw il-frott ta’ ħidma favur it-tisbiħ u r-restawr ta’ waħda mill-aktar ikoni importanti fuq il-pajsaġġ ta’ pajjiżna.

Qal li dan l-investiment qiegħed jissarraf f’dehra isbaħ u li tagħti l-unur mistħoqq lill-Belt Kapitali tagħna. “Dan huwa intervent fost ħafna li jagħtu prijorità lill-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku ta’ pajjiżna. B’dan il-mod qegħdin ninvestu mhux biss fil-koppla nnifisha, iżda fil-prodott turistiku tagħna u fl-esperjenza tar-residenti ta’ din il-Belt kif ukoll tal-Maltin u l-Għawdxin kollha li jħarsu lejn il-Kapitali tagħna, u speċifikament din il-Knisja, bħala punt ta’ referenza”, qal Dr Borg.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com