Spettakolari U Surreali – L-Introduzzjoni Tal-Apple Iphone 12

 Spettakolari U Surreali – L-Introduzzjoni Tal-Apple Iphone 12

Bħal dejjem l-avveniment annwali ta’ Apple jkun wieħed ferm mistenni. Mhux biss dawk l-iffissati fuq id-ditta Apple, iżda minn b’xi mod jew ieħor tinteressaħ it-teknoloġija jew li jaspira li jkollu mobile modern bl-aqwa servizzi possibli.

Meta taħseb li dak kollu li ħareġ s’issa huwa straordinarju, tkun diżappuntat, għax apple, fi ftit xhur jippreżentaw revoluzzjoni wara l-oħra. U hekk għamlu l-bieraħ!

Surreali għaliex din is-sena għal ewwel darba, dan l-avveniment qed isir b’mod virtwali u mingħajr il-preżenza tal-udjenza li ssoltu bir-reazzjonijiet naturali li toħloq waqt li jiġu ppreżentati l-prodotti l-ġodda, tagħmel dan l-avveniment aktar komplut.

Ma tonqsox, introduzzjoni b’filmati ta’ xeni mill-isbaħ ta’ Apple Park, akkumpanjati mill-mużika ta’ Ruelle ‘Good Day for Dreaming, b’lirika ta’ inspirazzjoni li tikkumplimenta l-ftuħ u bla ma trid tpoġġik f’mumenti ta’ riflessjoni dwar dak kollu li d-dinja għaddejja minnhu bħall-issa.

Aktar minn qatt qabel, it-teknoloġija saret parti importanti f’ħajjitna u dak li qabel kien ta’ lussu, illum sar bżonn.

Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, għalijja personali, avveniment bħal dan dejjem ifakkarni fl-istil uniku li kien jippreżenta biħ Steve Jobs, il-moħħ wara apple li ħalla din id-dinja disagħa snin ilu. Min jaf kemm kien ta’ inspirazzjoni għal nies madwar id-dinja ? Min jaf kemm irnexxielu joħloq mexxejja kbar li llum qed imexxu l-apple u kumpanijji oħra b’suċċess ?  Wara kollox dak huwa s-suċċess ta’ leader, li jħallih warajħ mexxejja oħra, jekk jista’ jkun aħjar minnu. U Steve Jobs għamel dan b’suċċess kbir.

Lura għal avveniment tal-bieraħ….

Fl-introduzzjoni tiegħu, l-kap eżekuttiv ta’ Apple Tim Cook, jħabbar xi ftit mill-prodotti ġodda li ser jintroduċi f’dan l-avveniment virtwali:-

  • apple watch series 6
  • apple watch SE
  • 8th generation ipad
  • ipad air

Iżda l-aktar mument mistenni kien, l-introduzzjoni tal-iphone 12, 5G Smartphone!

Fil-fatt apple introduċiet erba’ mudelli tal-iPhone 12 ·  iPhone 12·  iPhone 12 Pro·  iPhone 12 Pro Max ·  iPhone 12 mini ġdid, iżgħar.  Dawn il-mobiles huma kollha mgħammra b’5G, li jfisser access għal-networks li joffru velocita għolija ħafna.

L-orħos mobile fil-formazzjoni l-ġdida tiegħu huwa l-iPhone 12 mini jibda minn $699. L-ogħla huwa l-iPhone 12 Pro Max, li huwa l-akbar smarphone li s’issa qatt kellhom Apple, b’6.7 pulzieri. Il-prezz tieghu jibda minn $1,099.  L-iPhone 12 jiġi f’ħames kuluri – iswed, abjad, aħmar, aħdar u blu – u huwa irqaq, iżgħar u eħfef mill-predeċessur tiegħu, l-iPhone 11.

L-iPhone 12 awtomatikament jiskopri meta t-telefon tiegħek m’għandux bżonn 5G u jaqleb għan-netwerk LTE bil-mod biex jiffranka l-batterija.

L-aħħar iPhones huma mħaddma minn ċippa Bionic A14 ġdida, li l-kumpanija tiftaħar hija l-iktar “mgħaġġla … fi kwalunkwe smartphone.”

Hemm ħafna aktar xi tgħid dwar l-iPhone 12 u gadgets oħra li ġew imnedijja ‘l bieraħ. Wieħed jista’ jara l-filmat tal-attivita’ kollha ta’ Apple hawn: https://www.apple.com/apple-events/october-2020/

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com