StradaRjali: 50.31% Jgħidu Li Ma Jaħsbux Li Sa Ġunju 2021 Se Jispiċċa l-Covid-19

 StradaRjali: 50.31% Jgħidu Li Ma Jaħsbux Li Sa Ġunju 2021 Se Jispiċċa l-Covid-19

F’poll li tella’ StradaRjali.com, kien hemm 50.31% ta’ dawk li rrispondew li rrispondew ‘le’ għall-mistoqsija jekk jaħsbux li sa Ġunju tal-2021 jkunx spiċċa l-Covid-19.

Dan ifisser li kienu 162 li rrispondew minn 322.

Ir-riżultat għal dan il-poll kważi kien bin-nofs hekk kif dawk li wieġbu ‘iva’, jiġifieri li jemmnu li sa dak iż-żmien se jilħaq jgħaddi l-Covid-19 kien ta’ 47.83%, jiġifieri 154.

Intant l-ewwel każ li feġġ f’Malta kien lura f’Marżu fejn minn dakinhar l’hawn il-pajjiż daħħal bosta miżuri sabiex jiġi pprevenut it-tixrid ta’ dan il-virus.

S’issa għad m’hemmx ħjiel meta se jasal il-vaċċin, iżda jidher li l-mira tad-dinja hi li jkun hemm vaċċin sal-aħħar ta’ din is-sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com