StradaRjali: 98.9% Jgħidu Li L-Budget 2021 Huwa Wieħed Tajjeb
98.9% li rrispondew għal poll li għamel Strada Rjali, qalu li l-Budget 2021 huwa wieħed tajjeb.
Dan hekk kif fid-19 ta’ Ottubru, il-Gvern ħabbar il-Budget 2021 b’bosta miżuri li jolqtu lil kull faxxa tas-soċjetá.
Kienu 475 persuna li rrispondew għal dan is-survey, 470, jiġifieri 98.9%, qablu li dan kien budget tajjeb filwaqt li kienet persuna waħda biss, jiġifieri, 0.2% li qalet li ma ratux bħala budget tajjeb.
0.84%, jiġifieri 4 persuni, kellhom il-vot tagħhom fuq il-poll invalidu.
Kienu bosta persuni li kkummentaw taħt li minkejja l-pandemija, li laqtet u affettwat mhux biss lil pajjiżna iżda lid-dinja kollha, dan il-Gvern xorta waħda ħareġ b’budget ieħor b’saħħtu b’miżuri konkreti li jkomplu jgħinu lil batut u lil dawk fil-bżonn.
Iżda apparti minn hekk dan kien budget li se jkun qed jgħin lil bosta persuni minn kull faxxa tas-soċjeta fosthom koppji li se jkunu qed jixtru l-ewwel proprjetá għal rashom, is-settur tal-ambjent, l-pensjonanti fost bosta oħrajn.