“Tafdax Qalbek!” – Titkellem Mara Li Sofriet Minn Vjolenza Domestika

Spiss nisimgħu dwar każijiet ta’ vjolenza domestika f’pajjiżna. Kultant nibdew ninkwetaw li tant nisimgħu, li ġiet parti min-normalità tal-lum u qisna ma nagħtux kas biżżejjed.
Mara li tkellmet fil-programm Popolin fuq TVM, ippreżentat minn Quinton Scerri, tenniet li għall-bidu bdiet taqta’ qalbha imma malli fetħet qalbha bdiet tara l-bibien jinfetħu quddiemha.
Spjegat ukoll li tajjeb li wieħed jieħu għajnuna psikoloġika wkoll għaliex sitwazzjonijiet bħal dawn tassew jaffettwaw.
Waqt il-programm, Quinton tkellem ukoll ma’ Remenda Grech; Direttur FSWS u Yvonne Fiorini; Social Worker
Jekk għaddej jew għaddejja minn sitwazzjonijiet simili, tkellem issa. Ċempel 179.