Taħsbu Li Dan Hu Żmien Tad-Direttivi U Nħallu Lin-Nies Bla Vaċċin Tal-Influwenza?

Infermiera ġew mgħotija l-ordni biex ma jagħtux il-vaċċin tal-influwenza, b’din l-ordni qajmet allarmi mill-Ministru tas-Saħħa li kawża ta’ din l-azzjoni jaf ikun hemm konsegwenzi fatali.
F’ċirkular mhux mistenni li ġie mibgħut lill-membri s-Sibt wara nofsinhar, l-Unjin tal-Qwiebel u l-Infermiera ħeġġew lill-infermiera biex taħt ebda ċirkustanza ma jagħtu l-vaċċin li jingħata ta’ kull sena tal-influwenza.
Din id-direttiva ħarġet proprju ftit ġimgħat ilu indirizzata lill-infermiera kollha li jinsabu fil-qasam tas-saħħa primarja kawża ta’ nuqqas ta’ qbul li l-MUMN għandha mal-Gvern b’rabta allowances u kif ukoll leave.
Times of Malta rrapportat kif meta ġie kkuntattjat, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, qal li jekk ma jingħatax il-vaċċin tal-influwenza, il-pazjenti se jispiċċaw f’riskju akbar, speċjalment din is-sena fid-dawl tal-Covid-19.