Taħsbu Li L-Pubbliku Għandu Bżonn Jikkopera Ftit Iżjed Meta Jmur L-Isptar Fuq Appuntament Personali?

 Taħsbu Li L-Pubbliku Għandu Bżonn Jikkopera Ftit Iżjed Meta Jmur L-Isptar Fuq Appuntament Personali?

Kollega mit-tim tagħna dalgħodu kellu qadja personali l-isptar Mater Dei. Qalilna li filwaqt li l-protokolli qegħdin jiġu segwiti, kultant tiċċassa b’li tara u tisma’, meta mbagħad ħafna jkunu dawk li jmorru jikkritikaw fuq facebook.

Mara partikolari bdiet toħodha ma’ uffiċjali tas-sigurtà għax riedet tidħol ħdejn tabib mingħajr il-karta li ntbagħtitilha. L-uffiċjal sosnta li suppost kienet infurmata li trid iġġib il-karta magħha anke minħabba raġunijiet ovvji u ma setax idaħħalha mingħajrha, imma hi bdiet tgħolli leħinha, kważi kważi tgħajjat.

Huwa veru li lkoll qed inħossu dan il-mument tqil. Imma lkoll għandna d-dmirijiet apparti d-drittijiet. Inutli ngergru fuq x’seta’ għamel dak jew dik u ma nibdewx minna nfusna!

Diġà hawn stress biżżejjed… Jekk kulħadd ikun responsabbli, inkunu qed ngħinu aħna wkoll. Minnek trid tiġi! X’taħsbu intom?

Ritratt: deputyprimeminister.gov.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com