Tallega Li Veterinarju Rrifjuta Li Jkompli L-Kura Fuq Il-Qattus Tagħha

 Tallega Li Veterinarju Rrifjuta Li Jkompli L-Kura Fuq Il-Qattus Tagħha

Mara li kienet ilha tieħu lill-qattus tagħha għal xahar għand klinika ta’ veterinarju partikolari f’Malta, allegat li jum minnhom spiċċat inqdiet għand veterinarju ieħor li jieħu ħsieb l-istess klinika fejn irrifjuta li jikkuralha l-qattus.

Hi spjegat kif l-istess veterinarju kellu imġieba ħażina, kien salvaġġ mal-qattus tagħha u flok ħa ħsieb li jgħina tikkura l-ferita li kellu, hi allegat li spiċċa ggrava s-sitwazzjoni.

Dan hekk kif, skond hi, meta kien qed jiċċekkja l-ferita li għandu l-qattus lanqas biss indenja jilbes ingwanti, qad jgħawwar fil-ferita u spiċċa li bis-salvaġiżmu reġa’ fetaħ il-ferita li kellu.

Hi spjegat kif l-ebda annimal m’għandu jiġu rrifjutat l-għajnuna jew il-kura meta jkollu bżonn u appellat biex l-ebda persuna m’għandha tiddejjaq issemma’ leħinha jekk tiġi ttrattata ħażin.

Intant, wara li l-ilment wasal għal widnejn l-veterinarju, hu spjega kif dejjem hemm żewġ naħat għal kull storja.

Spjega kif il-klinika tiegħu dejjem tagħmel ħilitiha biex taqdi lil kulħadd mill-aħjar li tista’ u tilqa’ fiha ammont kbir ta’ każijiet ta’ emerġenza fejn tiftaħ għal sigħat twal biex żgur tkun ta’ benefiċċju għall-pubbliku.

Hu qal li hemm numru ta’ raġunijiet li l-klinika tiegħu tagħżel li ma tkomplix bil-kura, fosthom jekk il-klijent iġib ruħu b’mod ħażin mal-ħaddiema tal-istess klinika, kif ukoll jekk jurihom li hu m’għandux fiduċja fil-ħidma tagħhom hekk kif din tista’ twassal għal nuqqas ta’ qbil miż-żewġ naħat.

Spjega kif il-klijenta kienet diġá marret titlobb parir mingħand veterinarju barra mill-pajjiż onlajn, fejn dan taha parir mingħajr biss seta’ jeżamina u jara x’għandu l-qattus. Qal kif xi ħaġa bħal din twassal għan inċertezza bejn iż-żewġ partijiet.

Hu spjega kif huma għandhom dritt li ma jagħtux kura lil min ma jemminx fis-servizz tagħhom u għalekk ma għamlu xejn ħażin, speċjalment wara l-imġieba mhux xierqa li esprimiet l-istess sidt ta’ qattus.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com