Tarmix Il-Maskra Mal-Art… Għatti Mnieħrek Meta Tilbes Maskra!
Fuq il-facebook tal-Malta Police Association, itellgħu ritratti juru membri tal-korp jispjegaw u jgħallmu lin-nies fit-toroq f’pajjiżna.
Tennew li qegħdin iduru t-toroq jinfurzaw u jedukaw lill-pubbliku biex jimxu mar-regoli li tħabbru mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jitnaqqas it-tixrid tal-pandemija.
Huwa importanti li niftakru li:
- Trid tilbes il-maskra sew; tgħatti mnieħrek, ħalqek u l-madwar sew
- Wara li tlesti mill-maskra, armieha fejn suppost mhux fl-art!
- Żomm id-distanza soċjali u tiltaqa fi gruppi kbar
Nagħmlu kuraġġ… Ninsabu f’dan il-mument ilkoll flimkien.
Ritratt: Facebook/ The Malta Police Association