Tasal l-Ewwel Rebħa Għal Malta Fil-UEFA Nations League

 Tasal l-Ewwel Rebħa Għal Malta Fil-UEFA Nations League

Steve Borg kien l-eroj tat-Tim Nazzjonali Malti t-Tlieta filgħaxija meta f’Riga l-Latvja, Malta rebħet l-ewwel partita f’din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League 1 – 0.  Il-partita dehret mill-bidu li ser tkun waħda eċċitanti bl-azzjonijiet jalternaw fuq iż-żewġ lasti. Kien propju lejn tmiem il-partita li d-difensur ta’ Gzira United Steve Borg b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka avversarja biex ta l-ewwel tlett punti lill-Malta f’Grupp D1.

Din kienet l-ewwel rebħa tal-kowċ tat-Tim Nazzjonali Malti Devis Mangia f’partita kompetittiva wara li l-ġimgħa li għaddiet Malta rebħet 2 – 0 kontra Ġibilta f’partita ta’ ħbiberija.

It-tim Malti jerġa’ jkun impenjat fil-UEFA Nations League fl-14 u fil-17 ta’ Novembru kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe, żewġ logħbiet li ser jintlagħbu fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.

Ritratt: Domenic Aquilina / MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com