Tfakkar Il-Memorja Ta’ Bintha Permezz Ta’ Monument
It-telfa ta’ xi ħadd qarib qatt m’hi faċli, aktar u aktar jekk tkun bintek jew ibnek li tilfu ħajjithom f’etá żgħira.
Għalekk persuna dejjem tfittex l-aħjar mod kif tista’ tfakkar il-memorji sbieħ li kellhom ma’ dik il-persuna.
Kien lura f’Jannar li Mary Gauci waslitilha l-aħbar xokkanti li bintha, Christine Gauci, tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħodds f’Imġarr ix-Xini f’Għawdex.
Christine kienet tfajla maħbuba minn bosta, fejn kienet tagħmel parti mill-Forzi Armati ta’ Malta bħala suldat u kellha mħabba kbira għall-baħar u dawk ta’ madwarha.
Sabiex tfakkar il-memorja ta’ bintha, Mary iddeċidiet li tagħmel monument ta’ bintha magħmul mit-tafal biex tfakkar lil Christine fl-aqwa tagħha bl-uniformi ta’ suldat.
Intant l-iskultur Charlo Spiteri Magro spjega kif il-monument qed jiġi mmudellat bit-tafal bi preparazzjoni għall-fibreglass kulur il-bronż.