Tgħid Li Mhix Tappoġġjah U Fl-Istess Ħin Titkellem Ħażin Fuq FB Biex Tispjega… Ċajta Jew Fatt?

 Tgħid Li Mhix Tappoġġjah U Fl-Istess Ħin Titkellem Ħażin Fuq FB Biex Tispjega… Ċajta Jew Fatt?

Wara li dalgħodu qamet kontroversja sħiħa meta filmat fuq tiktok b’ġuvni jilgħab daqqa ġo widnejn ġuvni ieħor spiċċa anke fuq facebook, is-sit lovinmalta qed tirraporta li l-pulizija qed jinvestigaw dan il-filmat.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici wkoll irrimarka dwar dan, tant li talab lid-Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Anti Bullying biex tintervjeni.

Il-Ministru saħaq li f’każijiet bħal dawn trid tara ż-żewġ naħat tal-munita kif ukoll tagħti l-għajnuna liż-żewġ naħat; lill-bully u lil min irċievha l-bullying. Saħaq ukoll li bħala Ministeru ser jgħinu biex dan il-bullying ma jerġax jirrepeti ruħu.

Madanakollu, omm il-ġuvni, Marika Mercieca kitbet fuq facebook li aħjar tgħalaq ħalqha għax tiġi arrestata “minix nappogjah ta ima haq **** min jafu mhux daqshekk kif edin tahsbu intom…”

Il-messaġġ miktub ikompli jgħid: “… u tfal ghandkom minjaf xinu il futur ta ulitkom jew u inkela ikxfu takom ta min mandux min jaff li u tifel tijaj irid jajt xahaga jaf xandu jewww xanda tamel qatt ma qtajt is suf minn hadd u moru huduh f’********* kolla tafu nahsep xirid najd dan mesag xerdu ha jigi ma dak il vido forzi jitkellem xahat”

Dan huwa li nkiteb fuq il-profil ta’ facebook.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com