Tiftakruhom Il-Biljetti Tal-Linja?
Fuq il-paġna Te fit-tazza fuq facebook, spiss jittellgħu ritratti jew disinji moderni fuq anedotti passati jew memorji ta’ Malta ta’ dari.
Dak tal-biljetti tal-linja ġibdilna l-attenzjoni. Iżjed milli għax qatt ma rajniehom, iżjed għax dawn ifakkruna kemm iż-żmien jinbidel u jbiddel miegħu.
Passiġġier li kien jagħmel użu mill-karozzi tal-linja, il-biljett f’idu kien jiswa ħafna. Alla ħares ma kiexn ikollok lilu kif jitla’ jdur il-kunduttur. Bih kont tagħmel il-vjaġġ tiegħek lejn id-destinazzjoni meħtieġa. Iżda llum, dawn huma parti mill-memorja tal-passat… huma storja.
Meta tħares lejhom, bla ma trid ġo qalbek tgħid: “Kos hux?!” Posthom ħaduhom il-cards tal-linja.
Ritratt: Facebook/ Te Fit-Tazza