“…Tiħdux Qatgħa B’Xagħri. Waqt Il-Covid Tant Ħareġ Griż… Spiċċajt Blondie” – Marlene Farrugia

Fuq facebook tagħha, l-Onorevoli Membru Parlamentari Marlene Farrugia tellgħet biċċa mid-diskors tagħha fil-Parlament.
Iżda wissiet lill-pubbliku biex ma jiħux qatgħa b’xagħarha.
“Waqt il-Covid tant ħareġ griż li waqt li kont barra, il-purrukkier għedtlu jaqbad u jagħmilni griża kollha ħalli ma noqgħodx ngħoddhom. Minflok spiċċajt Blondie. Issa mmur ż-Żurrieq għand il-hairdresser li ilha tagħmilli xagħari għoxrin sena u fuqhom u tirranġali killex.”