“TikTok Tista’ Tużah Biex Tweġġa’ Jew Tferraħ… Jien Inħobb Inferraħ Lin-Nies” – Theresa
Bħal kull pjattaforma oħra, TikTok jinsab fil-quċċata tal-apps l-aktar użati miż-żgħażagħ u adulti.
Dan mhux biss f’Malta, iżda saħansitra madwar id-dinja. Kien tul dawn l-aħħar xhur, li TikTok qishu għamel ħoss fil-gżejjer Maltin filwaqt li qabel kont tara xi ħames żgħażagħ jużawh, issa saħansitra anke l-adulti sirt issibhom fuqu – jew iqallbu jew jagħmlu xi TikTok.
Theresa Ann Cachia, TikToker li niżlet għasel ma’ bosta Maltin għal mogħod kif taħdem it-TikToks tagħha u kif ukoll dwar il-pożittivitá li għandha, spjegat fuq Facebook kif TikTok tista’ tużah biex tweġġa’ jew biex tferraħ.
Spjegat kif hi għalekk għażlet li tferraħ in-nies iżda fl-istess waqt tieħu gost toħloq dawn il-filmati qosra.