Tinqabad B’5.6 kilo Droga Fl-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta

 Tinqabad B’5.6 kilo Droga Fl-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta

Waqt spezzjoni li saret fuq passiġġieri li kienu għadhom kif waslu Malta minn Spanja, passiġġiera Spanjola li bdiet taġixxi b’mod suspettuż inqabdet tipprova ddaħħal f’Malta total ta’ 5.6kg kannabis. .

Fi stqarrija d-Dwana qalet li fl-istħarriġ li sar permezz ta’ scanners, instabu boroż li kien fihom sustanza ħadra. Din is-sustanza għaddiet minn test li indika li kienet kannabis.

L-Iskwadra tad-Droga tal-Pulizija ġiet infurmata b’din is-sejba li minnufih arrestaw lill-passiġġiera li mistennija titressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ritratt: Bay.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com