Titħassar L-edizzjoni Tal-Fun Run Ta’ Din Is-Sena

 Titħassar L-edizzjoni Tal-Fun Run Ta’ Din Is-Sena

Wara li fl-aħħar jiem kienet qed tiġi diskussa l-possibbiltà li ssir il-Fun Run f’forma ta’ mixja fil-lokalitajiet, l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta permezz ta’ stqarrija ħabbar li ġie deċiż li l-edizzjoni ta’ din is-sena ma ssirx.

Il-Fun Run hija waħda mill-attivitajiet annwali li jsiru b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) iżda l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta qal li fiċ-ċirkustanzi preżenti, wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ittieħdet id-deċiżjoni li l-attività ma ssirx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com