Tmut It-Tfajla Għawdxija Wara 12-il Sena F’Koma Kawża Ta’ Inċident

 Tmut It-Tfajla Għawdxija Wara 12-il Sena F’Koma Kawża Ta’ Inċident

Mietet Marla Grech, tfajla li għamlet tnax-il sena f’koma, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku lura fl-2008.

Grech kellha biss 15-il sena meta seħħ l-inċident, fejn hi kienet passiġġiera flimkien mal-għarus tagħha li fil-jum tal-1 ta’ Marzu 2008, kien qed isuqha lura d-dar.

Joeffry Vella kien tilef kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li ħabat f’arblu tad-dawl. Kien fl-2015 li l-Qorti, wara li qieset l-evidenza kollha, ikkonkludiet li Vella kien qed isuq sewqan b’mod eċċessiv.

Hu kien ordnat iħallas €394,917 f’danni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com