Tmut l-Attriċi Margaret Agius – Kienet Qed Tipprepara Għall-Mewt Tagħha

 Tmut l-Attriċi Margaret Agius – Kienet Qed Tipprepara Għall-Mewt Tagħha

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-preżentatriċi u awtriċi Margaret Agius fl-età ta’ 67 sena wara li kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer.

Bħala attriċi, Margaret ħadet sehem f’diversi produzzjonijiet fosthom l-aktar riċenti f’Sorelle, Emilia, Żafira u Ċirkostanzi.

F’waħda mill-aħħar intervisti li tat f’Diċembru tas-sena l-oħra, Margaret qalet li peress li saħħitha bdiet tmur lura fl-2014 bdiet torganizza ħajjitha biex tipprepara għal meta jasal il-mument li tmut.

Hija twieldet l-Awstralja u ġiet Malta fl-età ta’ 7 snin u kienet il-mara tal-kompożitur Maestro Ray Agius.

Fl-aħħar żmien Margaret kienet qed tiġġieled il-kanċer u saħansitra kitbet ukoll il-ktieb dwar din il-marda “In Your Embrace”. Ktieb ieħor li ppublikat kien Il-Mitħna.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Margaret Agius kien hemm Evelyn Saliba La Rosa u Adrian Saliba li ħadmu mill-qrib ma’ margaret fl-aħħar snin saħansitra waqt iż-żmien li kienet marida.

https://www.facebook.com/adrian.saliba.79/videos/2487986674680259

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com