Two Weights Two Measures Għall-MFA Dwar Il-Covid-19
L-MFA llum ħarġet stqarrija tikkonferma aħbar li ilha tiċċirkola dwar plejer tat-team Nazzjonali Malti tal-Under 21 li nstab pożittiv għall-Covid-19.
Diversi nies li kkumentaw fuq il-paġni tal-midja soċjali staqsew għaliex kien hemm nofs it-tim ta’ Mosta FC li ntalab joqgħod f’iżolament u sa issa ebda plejer mit-tim Nazzjonali ma ntalab joqgħod f’iżolament ħlief il-plejer innifsu li rriżulta pożittiv.
Dan is-sit jistaqsi hux vera li xi plejers ta’ Mosta FC ħadu ice bath flimkien wara l-logħba kontra Balzan ?
Jekk iva u allura xi plejers ma’ dak li nstab pożittiv issa huma mitluba li joqogħdu f’iżolament, għaliex ma ntbagħtux f’iżolament ukoll il-plejers l-oħra tal-Under 21 li kienu f’kuntatt ma’ dan id-difensur li ġej ukoll mit-tim tal-Mosta FC ?
X’hini d-differenza bejn Klabb u tim Nazzjonali tal-MFA ?
Jaqaw l-MFA qed tibża’ li ma jkunx hemm biżżejjed pleyers biex jilgħabu nhar il-Ġimgħa kontra d-Danimarka ?
Jekk il-players ta’ Mosta qed jingħataw struzzjonijiet mill-MFA sabiex joqgħodu d-dar u ma jittrenjawx għalissa, għaliex il-players tal-Under 21 li ttrenjaw ma’ dan id-difensur, li nstab pożittiv, u li kienu f’kuntatt miegħu waqt l-ikel ukoll fuq il-mejda tal-lukanda, ma ntalbux jirtiraw mill-grupp u jmorru d-dar ? Vera każ ta’ two weights two measures ! Nistennew aktar żviluppi fis-sigħat li ġejjin.