Uffiċjali Għolja Tal-Gvern Jinstabu Pożittivi Għall-Covid-19
Fuq il-midja soċjali qiegħed jingħad li uffiċjali għolja tal-Gvern instabu pożittivi għall-Covid-19. S’issa ma kien hemm l-ebda stqarrijja uffiċjali għalkemm is-sit StradaRjali.com hu infurmat li kemm fil-każijiet riċenti u oħrajn preċidenti skatta proċess sabiex jiġu segwiti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fejn saħansitra ingħalqu xi uffiċini.
Aktar kmieni l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 111-il persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,951 swab test. S’issa mhux magħruf jekk l-imsemmija persuni fi ħdan il-Gvern jgħoddux ma’ dawn in-numri.
Minkejja li l-ismijiet għadhom mhux uffiċjalment mgħarufa s-sit infurmat li minnu fih ittieħdu l-azzjonijiet neċessarji skont ir-rekwiżiti stabbiliti mil-Awtoritajiet tas-Saħħa. Bħalissa għaddej ukoll l’hekk imsejjaħ contact-tracing sabiex persuni li kienu f’kuntatt ma’ dawn l-individwi jibdew jesegwixxu l-kwarantina obligatorja.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.