Valentino Rossi Pożittiv Għall-Covid-19

 Valentino Rossi Pożittiv Għall-Covid-19

Il- Marda tal-Covid-19 misset ukoll lid-disa’ darbiet champion tad-dinja Valentino Rossi hekk kif mal-ġurnata tal-bieraħ ħareg komunikat li rriżulta pożittiv għall-virus.

B’hekk ser ikun qed jitlef il-Moto GP ta’ tmiem din il-ġimgħa li ser isir f’Aragon.

Is-sewwieq Taljan ta’ 41 sena li s’issa kellhu wieħed mill-agħar staġuni fil-karriera tiegħu qed ikompli jiġieh kollox ħazin.

Rossi fuq il-paġna ta’ Twitter spjeġa kif it-test li sarlu t-Tlieta li għadda rriżulta fin-negattiv, imma it-test li għamel mal-ġurnata tal-Ħamis irrizulta li kien pożittiv għall-virus.

It-tim Yamaha kkonfermaw li Valentino Rossi immedjatament irritorna lejn pajjiżu wara l-Moto GP ta’ Franza, għalkemm ma indikaw xejn dwar saħħet Rossi ħlief li l-kundizzjoni medika tiegħu se tkun assistita mill-istaff mediku tat-tim Yamaha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com