Von Der Leyen F’Iżolament

 Von Der Leyen F’Iżolament

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen qalet li se tkun qiegħda tiżola lilha nnifisha wara li kellha kuntatt ma’ persuna li rriżultat pożittiva għal Covid-19.

Fi tweet, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li ġiet informata li t-Tlieta li għadda ħadet sehem f’laqgħa fejn persuna lbieraħ irriżultat pożittiva.

Qalet li skont ir-regolament fi Brussell, hija se tkun qed tiżola lilha nnifisha sa għada filgħodu. Qalet li hija diġà rriżultat negattiva għal test li sarilha l-Ħamis u llum reġa’ sarilha test.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com