“Waqaft Ngħodd Il-Ġranet U L-Ħin” – Bjorn Formosa Llum Jiċċelebra Għeluq Sninu

Bjorn Formosa llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Fuq il-midja soċjali tiegħu kiteb: “Waqaft ngħodd il-ġranet u l-ħin! Qed ngħix jum b’jum bil-għan li xi darba, niftaħ Dar Bjorn ikbar u iktar ġdida.”
F’dan il-jum partikolari, Bjorn ġentilment qed jappella lill-pubbliku sabiex jgħinu jwettaq din il-ħolma li tista’ tgħin ħafna nies… qed jappella biex inkunu ġenerużi u ngħinuh permezz tal-fondi huma kemm huma minn qalbna.
Għal aktar tagħrif u aġġornament, żuru: http://www.darbjorn.com



