“Waqajt U L-Mutur Ġie Fuqi… Il-Prim Ministru Kien Għaddej, Waqaf U Refa’ L-Mutur Minn Fuqi”
Il-Preżentatur Brian Hansford iltaqa’ ma’ raġel li ftit ilu kellu nċident ikrah bil-mutur lejn Ħal Luqa fejn hu u jdur daħlet karozza fuqu u waqa’ bil-konsegwenza li l-mutur tqil tiegħu spiċċa fuqu.
Ir-raġel li kellu dan l-inċident, tenna li ftit sekondi wara jara mutur abjad u karozza sewda tieqaf. Kien il-Prim Ministru li kien għaddej u ried jieqaf jagħti l-għajnuna.
Qal li għaraf leħen familjari imma dak il-ħin ma bedhiex jara min kien. Sostna li l-Prim Ministru Robert Abela nnifsu qabad u ċempel għall-għajnuna hu, u baqa’ ħdejh.
Il-persuna beda jitlob lill-Prim Ministru biex jinġabar għaliex beda jsir il-ħin imma Abela wieġbu li qabel ma jara li kollox ikun sew ma kienx se jitlaq minn ħdejh.
Brian Hansford tenna li dawn huma aħbarijiet li jridu jitwasslu għaliex juru l-veru sens ta’ għaqda bejnietna l-Maltin.
Prosit tassew lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-pulizija, it-tim mediku kollu, lir-raġel li qasam din l-istorja u lil Brian innifsu għaliex wara kollox, iva mumenti hekk għandna naqsmuhom għaliex wara l-politiku hemm l-uman.