“Wara L-Maltemp Jiġi L-Bnazzi. Il-Covid-19 Għelibnieh Ukoll …Lura Għal Mal-Qrempuċa Tiegħi” – Leighton Grech

 “Wara L-Maltemp Jiġi L-Bnazzi. Il-Covid-19 Għelibnieh Ukoll …Lura Għal Mal-Qrempuċa Tiegħi” – Leighton Grech

Il-plejer ta’ Marsa FC Leighton Grech qasam l-aħbar li kellu dwar kif wara 15-il jum fi kwarantina hekk kif kien instab pożittiv għall-Covid-19, fl-aħħar it-test ġie lura negattiv.

F’messaġġ li tella’ spjega kif wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u kif fl-aħħar il-Covid-19 għelbu wkoll. Fisser il-ferħ tiegħu dwar kif wara 15-il jum ‘il bogħod minn bintu, sa fl-aħħar jista’ jerġa’ jirritorna lura “mal-qrempuċa tiegħi.”

Spjega kif issa l-ħajja lura għan-normal u rringrazzja lil kull min kien ta’ appoġġ għalih f’dawn il-mumenti daqsxejn diffiċli speċjalment lil martu Raisa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com