Wara Li Żżewġu L-Għarus Imbuttaha Fil-Pool…

Kellhom jiżżewġu fit-30 t’April li għadda u minflok, Daniela kienet daħlet xogħol. Il-koppja kellha tippostponi t-tieġ tagħha minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u żżewġu nhar il-Ġimgħa li għadda 9 t’Ottubru.
Daniela qaltilna li kellhom tieġ ħelu avolja bir-restrizzjonijiet fejn ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fil-Knisja tal-kapuċċini fil-Furjana u wara kellhom festin bejn il-ħbieb u l-familjari.
Daniela hija nurse mat-tfal f’Disneyland fl-isptar Mater Dei u tagħti qalbha għalihom.
Ġibdilna l-attenzjoni ritratt ħelu fuq facebook, fejn l-għarus Matthew jidher li qed jitfa’ lill-għarusa fil-pool… imma għar-ritratt biss kien ta’ wara t-tieġ!
Awguri lil din il-koppja mingħandna ta’ StradaRjali.com!

Ritratt: #icam