“X’Ħin Sirt Naf Li Għandi L-Covid Ħadt Xokk Anke Minħabba Francesca” – Michelle Rausi Taqsam L-Esperjenza Tagħha
Francesca Rausi serqet ix-xena kważi għal dejjem bis-simpatija u l-ħlewwa tagħha. Wara din it-tifla mudella ċkejkna bid-downs, hemm omm li tħabbrek u tirsisti dwar dan is-suġġett; Michelle.
Ftit ilu Michelle skopriet li kellha l-Covid-19. Araw x’qaltilna.
- Kif indunajt li kont poħittiva għall-Covid-19?
Jien kont id dar u ma kelli xejn. F’ daqqa waħda bdejt inħoss in-nifs tqil u uġiħ ta’ ras. Ħassejtu li ma kinx normali u mill-ewwel mort ġo sptar privat nagħmel it-test. Wara ftit sigħat ċempluli li kont positive. Kien xokk kbir għax vera kont attenta, la kont qed immur parties jew gatherings… kont extra careful iktar u iktar minħabba Francesca.
- X’ħassejt waqt li kont id-dar minħabba ll-Covid? Kellek uġigħ?
L-iktar ħaġa li dejqitni kien in-nifs. Għamilt jumejn fejn in-nifs kien tqil ħafna.
- Kemm domt b’kollox?
Għamilta magħluqa ġo kamra waħdi… ħmistax sakemm ġejt negative u ma ħriġtx mill-kamra
- Inkwetajt fuq Francesca? kif irnexxielek tikkordina kollox biex bqajtu għaddejjin bil-ħajja?
Peress li lil Francesca kont ilni nfehma ħafna fuq covid, kif għedtilha li għandi jien, fehmet mill-ewwel li ma tistax tersaq lejja u kienet tiġi wara l-bieb u tgħidli ”mummy don’t be scared, don’t cry, you are going to be ok“. Lanqas ridt nemmen li fehmet daqshekk mill-ewwel. Inkwetajt ħafna li stajt tajtha lilha u lir-raġel u ma’ min kont qabel ma kont naf li għandi, imma għall-grazzja t’ Alla, kulħadd kien negative u ma tajtha lil ħadd. Ir-raġel kien id-dar jieħu ħsieb Francesca.
Nixtieq nirringrazzja lit-tobba li kienu qed iċempluli kollha. Kienu veru ħelwin u jgħinuk ħafna. Li jaqbdek il-Covid ma jfissirx li ma qgħadtx attent jew li mort il-parties. Jien kont attena u ma mortx dawn l-affarijiet u xorta ħadtu. Noqogħdu ftit attenti mill-kummenti li niktbu fuq facebook għax ikun hemm messaġġi li ma jkunux ta’ għajnuna għal min ikollu l-Covid. Issa għadda u erġajna lura għan-normal għall-grazzja t’Alla.
Stradarjali.com tirringrazzja lil Michelle Rausi li qasmet din l-esperjenza magħna u li fiha tagħlima.