“Xorta Ħa Nagħmluh Il-‘Halloween’ Imma Se Nobdu D-Direttivi” – Pintoninu

 “Xorta Ħa Nagħmluh Il-‘Halloween’ Imma Se Nobdu D-Direttivi” – Pintoninu

Bdew jittellgħu bosta posters jirriklamaw avvenimenti marbuta mal-Halloween hekk kif qed joqrob it-31 ta’ Ottubru. Bħalissa s-sitwazzjoni tal-pandemija toħloq xi ftit tensjoni u dlonk in-nies jibdew jikkumentaw dwar jekkx attivitajiet simili għandhomx isiru jew le.

Madanakollu Pintoninu Kids Club ħa ħsieb li lit-tfal xorta jferraħhom mingħajr biża’ relatat mal-pandemija. Tkellimna m’Antonella Borg li hija waħda mill-organizzatriċi fi ħdan il-klabb u qaltilna li flok it-tfal se joħorġu huma, armajna karru li fuqu ser ikun hemm 4 karattri lebsin kostumi marbuta mat-tema u se nduru fit-toroq.

“It-tfal se jibqgħu fil-parapetti ta’ djarhom jew fil-gallariji u wieħed mill-karattri se jpoġġilhom borża ħelu fuq l-għatba tad-dar li se tkun issiġillata. B’hekk l-attività se ssir xorta u fl-istess ħin, intaffu ftit mit-tensjoni tal-mument”, qaltilna Antonella.

Pintoninu Kids Club hija inizjattiva tal-Akkademja Mużikali Pinto u l-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, liema Klabb huwa miftuħ għat-tfal kollha Qriema fejn isiru attivitajiet soċjali u edukattivi. Is-sħubija f’dan il-klabb hija mingħajr ħlas.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com