X’Se Jiġri Għada? Għal Min Ibassar Hija Uġigħ Ta’ Ras…
X’se jkun qed jiġri għada? Din hija mistoqsija pertinenti bħalissa għal min isegwi t-tbassir tat-temp.
Għal min ibassru hija wġigħ ta’ ras għax se jinħoloq xenarju ftit diffiċli.
Li aħna ċerti dwaru hu li għada l-Ħamis 15 t’Ottubru, il-jum jista’ jinqasam fi 3 partijiet prinċipali:
Parti – il-ġurnata tibda b’riħ sħun u pjuttost qawwi (Forza 5-6) u xott min-Nofsinhar (S) – temperatura massima tmiss is-27°C
Parti – bejn nofsinhar u t-3.00pm sħab tal-maltemp jibda jidher sew lejn it-Tramuntana (fuq il-baħar), li mistenni jolqot sew lin-Nofsinhar ta’ Sqallija. F’dal-punt jista’ jinstema’ xi ragħad u r-riħ ibatti
Parti – matul filgħaxija u l-lejl ir-riħ se jdur Majjistral (NW) u jerġa’ jitqawwa xi ftit (sa Forza 5), iżda jkun notevolment kiesaħ u t-temperatura minima taqa’ għal 18°C
Kunu lesti!
Ritratt: Facebook/ It-Temp Madwarna