X’Se Jiġri Għada? Għal Min Ibassar Hija Uġigħ Ta’ Ras…

 X’Se Jiġri Għada? Għal Min Ibassar Hija Uġigħ Ta’ Ras…

X’se jkun qed jiġri għada? Din hija mistoqsija pertinenti bħalissa għal min isegwi t-tbassir tat-temp.

Għal min ibassru hija wġigħ ta’ ras għax se jinħoloq xenarju ftit diffiċli.

Li aħna ċerti dwaru hu li għada l-Ħamis 15 t’Ottubru, il-jum jista’ jinqasam fi 3 partijiet prinċipali:

Parti 1️⃣ – il-ġurnata tibda b’riħ sħun u pjuttost qawwi (Forza 5-6) u xott min-Nofsinhar (S) – temperatura massima tmiss is-27°C 🥵

Parti 2️⃣ – bejn nofsinhar u t-3.00pm sħab tal-maltemp jibda jidher sew lejn it-Tramuntana (fuq il-baħar), li mistenni jolqot sew lin-Nofsinhar ta’ Sqallija. F’dal-punt jista’ jinstema’ xi ragħad u r-riħ ibatti 🌩

Parti 3️⃣ – matul filgħaxija u l-lejl ir-riħ se jdur Majjistral (NW) u jerġa’ jitqawwa xi ftit (sa Forza 5), iżda jkun notevolment kiesaħ u t-temperatura minima taqa’ għal 18°C 🥶

Kunu lesti!

Ritratt: Facebook/ It-Temp Madwarna

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com