Żagħżugħ Ta’ 19-il Sena Jingħata Sena Ħabs Wara Li Pprova Jaħrab Mill-Pajjiż B’Passaport Falz

 Żagħżugħ Ta’ 19-il Sena Jingħata Sena Ħabs Wara Li Pprova Jaħrab Mill-Pajjiż B’Passaport Falz

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata sena ħabs wara li wieġeb ħati li pprova jaħrab minn Malta lejn l-Irlanda waqt li kien fil-pussess ta’ dokument falz.

Salih Adam Suleimann kien ġie arrestat mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn fil-Qorti l-Prosekuzzjoni ppreżentat id-dokument falz li bih pprova jsiefer

Id-difiża spjegat kif l-akkużat ikkopera mal-Pulizija fejn talbet lill-Qorti biex tikkunsidra dan il-fatt meta hi tagħti l-piena tagħha.

Kien għalekk li l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea sabet lil Suleimann ħati, bis-sentenza tkun ta’ sena ħabs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com