Żagħżugħ Ta’ 22 Sena Jindarab Gravi F’Inċident Fuq Ix-Xogħol F’Għawdex
Żagħżugħ ta’ 22 sena mix-Xagħra, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li weġġa’ gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol fiż-Żebbuġ f’Għawdex.
Il-Pulizija ġiet infurmata f’xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar, b’inċident fi Triq il-Port, f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ meta ntlaqat minn oġġett iebes waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq makkinarju tal-kostruzzjoni.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.