Żieda Fil-Każijiet Soċjali F’Għawdex Minkejja Kera Aktar Affordabbli… Għalfejn?

 Żieda Fil-Każijiet Soċjali F’Għawdex Minkejja Kera Aktar Affordabbli… Għalfejn?

Is-sena li għaddiet il-gżira Għawdxija kellha aktar każijiet soċjali meta mqabbel ma’ snin preċedenti. Qalet dan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, FSWS, fejn spjegat kif is-sena li għaddiet trattat mal-20,000 każ soċjali madwar Malta u Għawdex.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Alfred Grixti, qal kif minkejja li l-kera għadha aktar affordabbli f’Għawdex, din id-darba ltaqgħu ma’ żieda fil-każijiet.

Spjega kif mir-rapport annwali li sar ħareġ li l-każijiet soċjali komplew jiżdiedu kullimkien f’pajjiżna, fejn l-ebda lokalitá m’għandha tispiċċa vittma ta’ stigma hekk kif dawn il-każijiet saru jinsabu kullimkien. Qal kif iż-żieda f’Għawdex ġiet innotata hekk kif persuni bi sfidi soċjali rrilokaw minn Malta għal Għawdex biex b’hekk jibbenefikaw minn kirja irħas.

Sostna kif kawża ta’ kirjiet għoljin setgħet tiġi nnotata immigrazzjoni interna bejn Malta u Għawdex u għalekk biex ma jinħolqux xi tip ta’ ghettos fejn in-nies ħadd ma jrid imiss magħhom, inħolqot preżenza wkoll f’Għawdex.

Spjega kif iddaħħlu servizzi ġodda bħal 1772, bil-linja hi mmirata biex persuni f’solitudni jistgħu jfittxu l-għajnuna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com