25 Ċenteżmu Minn Kull Biljett Tal-Gozo Channel F’Diċembru Għall-“Istrina”

 25 Ċenteżmu Minn Kull Biljett Tal-Gozo Channel F’Diċembru Għall-“Istrina”

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li għal matul ix-xahar ta’ Diċembru, il-Gozo Channel se tkun qed tagħti 25 ċenteżmu minn kull biljett standard li jinxtara lill-Malta Community Chestfund Foundation għall-Istrina.

Il-Ministru Camilleri qal li l-Istrina saret sinonima magħna l-Maltin u l-Għawdxin fejn f’dan iż-żmien ta’ kull sena kulħadd jingħaqad sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu u dejjem jispikkaw il-valuri u l-qalb tajba tal-poplu tagħna.

Żied jgħid li din is-sena se jkun Milied differenti mis-soltu u appella sabiex il-poplu, speċjalment l-Għawdxin, ikunu ġenerużi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com