30 Sena Wara: Il-Bomba Li Qatlet Lil Ġiovanna Bartolo
Joseph Casha illum ifakkar permezz tal-midja soċjali fuq kif bħal llum tletin sena ilu,”xi ħadd qatlek b’mod l-aktar krudili, mewta mill-aktar vjolenti li soffrejt innoċentament.” Il-mewta li qiegħed jirreferi għaliha Joseph tmur lura għall-episodju f’Ħal Qormi eżatt tletin sena ilu, fejn Ġiovanna Bartolo sfat vittma ta’ bomba.
Joseph ikompli jispjega kif il-mewta ta’ Giovanna, “ma tantx niggżet lill-kbarat u l-każ tiegħek intefa’ fil-bir tal-anonamità.”
Il-każ ta’ Giovanna Mifsud għadu s’issa ma ġiex solvut u l-ħatja ta’ min għamel il-bomba għadhom ma ġewx la maqbuda u wisq anqas inkriminati.