300 Qattus Għandhom Bżonn L-Għajnuna Ġentili Tagħkom

 300 Qattus Għandhom Bżonn L-Għajnuna Ġentili Tagħkom

“Sfortunatament ilkoll għaddejjin minn mumenti diffiċli.” Hekk sostniet is-CSAF (Carers for stray and abandoned felines) li hija għaqda li tieħu ħsieb il-qtates.

Tennew li filwaqt li jifhmu li kulħadd qiegħed attent finanzjarjament, qegħdin jagħmlu appell b’mod ġentili biex ikunu mgħejjuna. Din l-għaqda tieħu ħsieb madwar 300 qattus; uħud minnhom li għandhom bżonn tal-kura. Iħallsu wkoll il-kontijiet bħal kulħadd u spiss ikollhom jagħmlu żjariet mal-veterinarji, apparti l-infiq fuq ikel u bżonnijiet oħra.

Talbu biex min jista’ jgħin b’kemm irid hu/hi, japprezzaw li jirċievu donazzjonijiet fuq:

REVOLUT 79728582

BOV AC No 40019876298 – IBAN MT26VALL22013000000040019876298

BOV MOBILE PAY 79728582

PayPal: [email protected]

SMS;
50619243 – €11.65
50618069 – € 4.66
50617353 – € 2.33

jew b’ċekk indirizzat lil CSAF.

Dawn il-qtates ħelwin jirringrazzjawkom. Nitolbukom ixxerrdu dan il-messaġġ.

Ritratt: Facebook/ CSAF

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com