35 Gowl Fi 8 Logħbiet Mill-UEFA Champions League

 35 Gowl Fi 8 Logħbiet Mill-UEFA Champions League

GRUPP A
Salzburg 2–6 Bayern Munich

Rebħa kbira għal Bayern Munich barra minn darhom fl-Awstrija kontra Salzburg hekk kif f’temp ta 90 minuta ġabu fix-xejn li t-tim Awstrijak b’ riżultat finali ikun ta’ 6-2. Salzburg imorru fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta’ Berisha biex minn hemm ‘il quddiem Bayern Munich iddominaw u ġabu il-gowl tad-draw minn penalty permezz ta’ Lewandowsi fil-21 minuta biex eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima auto goal ta’ Kristensen tefa’ lil Bayern fil-vantaġġ. Salzburg ġabu draw minn Okugawa fis-66 minuta bil-Ġermanizi jirrispondu permezz ta’ Boateng fid-79 minuta, Sane fit-83 minuta, Lewandowski fi 82 Minuta bis-6 goal jasal minn Hernandez fil-ħin miżjud.

Lokomotiv Moscow 1-1 Atletico Madrid

Punt kull wiehed għal Lokomotiv Moscow u Atletico Madrid hekk kif spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Atletico imorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Gimenez wara 18-il minuta logħob bir-risposta ta Lokomotiv Moscow tasal fil-25 minuta meta minn penalty Miranchuk tefa’ fix-xibka.

GRUPP B
Shakhtar Donetsk 0-6 Borussia M’gladbach

Rebħa kbira ukoll għal tim Ġermaniż ieħor fl-Ukrajna it-team ta Borussia Moenchengladbach gheleb lil Shaktar Donetsk 6-0 bill goals jaslu permezz ta Plea fit-8 minuta, auto goal ta’ Bondar fis-17-il minuta Plea fi 26 minuta u Bensebaini minuta qabel it tmiem ta lewwel taqsima, Fit-tieni taqsima komplew jiddominaw b’laħħar żewġ gowls jaslu permezz ta’ Stindl fil-65 minuta u Plea jgħaqqad il-hat trick personali fit-78 minuta.

Real Madrid 3–2 Inter

Telfa ghat team ta Antonio Conte hekk kif kontra it-team Spanjol Real Madrid sfaw melghuba 3-2. Real Madrid marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Benzema wara 25 minuta loghob bi tieni goal jasal permezz tal kaptian Sergio Ramos ma 33 minuta. Inter inaqqsu id distakk b’gowl ta’ Martinez żewġ minuti wara, fi tieni taqsima Interi jġibu l-gowl tad-draw permezz ta Perisic liema draw wasal fit-68 minuta biss 10 minuti min tmiem il-partita Real Madrid isibu x-xibka għat- tielet darba fil-partita minn Rodrygo.

GRUPP C

Manchester City 3–0 Olympiacos

Rebħa faċli għal Manchester City bi skor ta’ 3-0 kontra Olympiacos. City fil-vantaġġ wara 12-il minuta logħob permezz ta Ferran Torres bi tieni u tielet goal jaslu permezz ta’ Gabriel Jesus fil-81 minuta u Cancelo fid-90 minuta.

Porto 3–0 Marseille
Porto ġewwa darhom jakkwistaw 3 punti importanti wara li għelbu lil Marseille bi skor ta’ 3-0. Porto fil-vantaġġ wara biss 4 minuti permezz ta’ Marega bit-tieni goal jasal fit-28 minuta minn penalty ta’ Sergio Oliveira bil-Portugiżi jassiguraw it 3 punti permezz ta’ Luiz Diaz fid-69 minuta.

GRUPP D

Midtylland 1–2 Ajax

It –team Olandiz ta’ Ajax joħroġ rebbieħ barra min daru kontra Mitylland bi skor ta’ 2-1. Antony tefa’ fil-vantaġġ lil Ajax wara ftit sekondi tal-partita b’ Tadic jirdoppja fit-13-il minuta. Id-Daniżi naqqsu id-distakk b’gowl ta’ Dreyer fit-18-il minuta.

Atalanta 0-5 Liverpool

Liverpool barra minn darhom ġabu fi xejn lit-tim Taljan ta’ Atalanta b’rebħa kbira ta’ 5-0. Diego Jota jiftaħ l-iskor wara 16-il minuta biex mat-33 minuta l-istess plejer jirdoppja. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Salah għalaq il-logħba bIr-Reds ikomplu jkabbru il-vantaġġ bir-raba’ goal jasal permezz ta’ Mane fid-49 minuta biex fil-55 minuta Jota jagħmilhom 5.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com