600 Tifel U Tifla Se Jibdew Jattendu Skola Virtwali Fil-Jiem Li Ġejjin

Il-Ministru Bonniċi ħabbar din il-ġimgħa li 600 student tal-primarja se jibda’ jattendi skola virtwali. L-iskola hija intenzzjonata għal tfal vulnerabble jew tfal li jieħdu ħsiebhom persuni vulnerabbli.
Statistika turi li din is-sena madwar 25% tat-tfal mhux qed jattendu skola, u fost dawn it-tfal hemm 600 student/a tal-primarja li mhux qed jattendu għax huma vulnerabbli.
L-iskola se tkun tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u se tkun tikludi 25 klassi. F’din l-iskola it-tagħlim u l-assessjar kollu se jsir b’mod virtwali. Din l-iskola mistennija tibda topera fil-jiem li ġejjin.
Ritratt: Lovin Malta