L-Iżlanda Tipproponi Abort B’Xejn lil Malta u ‘l-Polonja
Reżoluzzjoni ġdida li għadha kif ġiet proposta mill-Iżlanda għandha l-għan li tgħin nisa kemm minn Malta kif ukoll mill-Polonja sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu abort fl-Iżlanda stess. Dan ħabba li dawn huma l-unika żewġ pajjiżi fl-Ewropa li ma jagħtux l-aċċess mediku lin-nisa għal abbort.
Jekk il-mozzjoni tal-Iżlanda tgħaddi, dan ikun ifisser li nisa Maltin u Pollakki ikollhom faċilità li jużaw s-serrvizz tal-abort b’xejn.
F’dawn l-aħħar xhur, il-kwistjoni tal-abort issemiet ħafna f’Malta fejn diversi ddiskutew dan is-suġġett li sa ftit ta’ snin ilu kien għadu għal kollox taboo. Rajna wkoll kif il-perċentwal ta’ nies li jixtiequ l-abort, għalkemm mhuwiex ta’ maġġoranza, però żdied b’mod sostanzjali.
Għaqdiet bħal Doctors For Choice ilhom issa għal diversi snin jikkampanjaw dwar l-abort biex il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa serje ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett li għadu jqajjem ħafna kontroversji f’pajjiżna.