Aħna l-irġiel għandna problema. Problema kbira!

 Aħna l-irġiel għandna problema. Problema kbira!

Meta tara li fl-aħħar għaxar snin, 90% ta’ nies li tilfu ħajjithom minħabba s-suwiċidju kienu rġiel. 90% ta’ nies li qegħdin il-ħabs f’Malta bħalissa huma rġiel.

Hawn wisq irġiel li jsibuha iebsa jitkellmu u jesprimu din l-fjamma li għandhom fihom. Din il-fjamma li meta jirnexxielhom jesprimuha u jikkontrollawha tirriżulta f’suċċess. Suċċess li jgħin kemm lilhom infushom u anke lin-nies ta’ madwarhom. Hemm min jiftaħ negozju, hemm min jagħmel volontarjat, u hemm min b’l-istil ta’ ħajja li jgħix jagħti pjaċir lil familjari tiegħu u sħabu.

Hemm min pero din il-fjamma jużaha biex jagħmel ħsara. Min jgħabbi kemm jiflaħ. Min irid isir sinjur illum qabel għada, anke jekk juża u jweġġa’ lil ħaddieħor. Min juża vjolenza.

Imbagħad hemm dawk l-irġiel li l-fjamma ddawwru ‘l ġewwa u jagħmlu ħsara lilhom infushom. Self harm. Xorb u drogi. Imġieba anti-soċjali. Kriminalita’. Rabja u frustrazzjoni kbira. Ħafna drabi dawn huma rġiel li l-uġigħ tagħhom ma jirnexxilhomx isibu spazju fejn jitkellmu fuqu. Spazju fejn jistgħu jitgħallmu kif din il-fjamma joħorġuha ‘l barra u b’mod pożittiv.

Matthew Bartolo, ta’ Willingness Team u Jon Mallia inagħqdu propju biex joħolqu dawn l-ispazji. Kampijiet fejn gruppi ta’ madwar 15 il-raġel se jqatta’ jumejn flimkien u filwaqt li jitgħallem ħiliet differenti bħal kif issajjar fuq in-nar, u kif idduq u tgawdi grokk whisky, jitgħallem iktar dwaru nnifsu u kif jista’ jsir raġel aħjar.

Għal aktar informazzjoni żur il-websajt: ManUpMalta.com jew il-paġna ta’ Facebook.

Ritratt: NDTV Food

(Dan huwa artiklu miktub b’kollaborazzjoni mas-Sesswologu Matthew Bartolo)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com