Aktar Pajjiżi Fil-Lista Li Jeħtieġu Test Negattiv Qabel Jidħlu f’Malta

 Aktar Pajjiżi Fil-Lista Li Jeħtieġu Test Negattiv Qabel Jidħlu f’Malta

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar reviżjoni fil-lista ta’ pajjiżi li mill-Ġimgħa li ġej f’nofsillejl, il-vjaġġaturi li jaslu minnhom se jkunu jeħtieġu jippreżentaw test tal-Covid-19 negattiv qabel jidħlu f’pajjiżna.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu jew tagħha f’Malta.

Qal li vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Il-lista riveduta tal-pajjiżi hija hekk kif ġej:

L-Awstrija
Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
Il-Bulgarija
Franza (l-ajruporti kollha)
Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)
L-Irlanda (l-ajruporti kollha)
LItalja (l-ajruporti kollha f’Milan u Ruma, u Bologna, Napli, Perugia, Pescara, Pisa, Trieste, Turin, Venezja)
Il-Lussemburgu
L-Olanda (l-ajruporti kollha)
Il-Polonja (l-ajruporti kollha)
Il-Portugall (Porto)
Ir-Renju Unit (Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle, Nottingham)
Ir-Repubblika Ċeka
Spanja (l-ajruporti kollha)
L-Iżvizzera (l-ajruporti kollha)
It-Tuniżija
L-Ungerija

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com