Alex Borg Mill-Ġdid Fl-Azzjoni…. Robertson U Maguire L-Avversarji

 Alex Borg Mill-Ġdid Fl-Azzjoni…. Robertson U Maguire L-Avversarji

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg għada l-Erbgha jkun impenjat fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-German Masters li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. Dawn il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni jsiru bejn illum (it-Tlieta) u s-Sibt li ġej fil-MK Stadium f’Milton Keynes l-Ingilterra. Il-fażi finali (l-aħħar 32) tintlagħab bejn is-27 u l-31 ta’ Jannar 2021 f’Berlin il-Germanja.

Għada Borg jilgħab fl-ewwel rawnd kontra Jimmy Robertson tal-Ingilterra. Din il-loghba ser tintlaghab fit-15.30 u tkun l-aħjar minn 9 frames.

Nhar it-Tnejn Borg jilgħab fl-Open tal-Irlanda ta’ Fuq meta fl-ewwel rawnd jiltaqa’ kontra Stephen Maguire tal-Iskozja. Il-logħba tintlaghab fil-21.00 u tkun l-aħjar minn seba’ frames. Dan it-tournament ukoll se jintlagħab f’Milton Keynes bil-finali tintlagħab fit-22 ta’ Novembru.

Ritratt: MBSA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com