Approvata L-Emenda Biex Il-Ġudikanti Jirtiraw Ta’ 68 Flok Ta’ 65 Sena

 Approvata L-Emenda Biex Il-Ġudikanti Jirtiraw Ta’ 68 Flok Ta’ 65 Sena

Il-maġistrati u l-imħallfin f’pajjiżna se jkunu jistgħu jqattgħu tliet snin oħra fuq il-bank tal-ġudikatura wara li lbieraħ il-Kamra tal-Rappreżentanti vvotat b’mod unananimu emenda kostituzzjonali mressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis sabiex l-età tal-irtirar tagħhom tiġi estiża minn 65 għal 68 sena.

Stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja spjegat li r-raġuni wara din l-emenda fil-Kostituzzjoni ġejja mill-fatt li fiż-żmien li ġej, numru konsiderevoli ta’ mħallfin se jkunu qed jirtiraw bl-età ta’ 65 sena. B’dan il-mod ingħad li ħa nkunu qed niżguraw li ma jkunx hemm telf ta’ esperjenza u ta’ speċjalizzazzjoni, b’mod partikolari fil-Qorti Kostituzzjonali, kif ukoll fil-Qorti tal-Appell (sede Superjuri), fejn hemm ammont kbir ta’ kawżi pendenti.

Fakkar li qabel il-presentata ta’ dan l-abbozz, saru riformi estensivi fejn l-Amministrazzjoni Robert Abela rrinnunzjat għall-poter tagħha fejn jidħlu ħatriet u tneħħija tal-membri tal-ġudikatura.

Il-Gvern tenna li din l-emenda hija turija ċara tal-impenn ta’ dan il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, li permezz ta’ din il-miżura u miżuri konkreti oħrajn, qed jissaħħaħ is-settur ġudizzjarju ta’ pajjiżna waqt li l-ġustizzja f’pajjiżna tkun iktar effiċjenti u aċċessibbli għal kull ċittadin Malti u Għawdxi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com