Ara: Il-Lista Tal-Kanzunetti Li Għaddew Mill-Ewwel Fażi Tal-Festival Mużika Mużika

 Ara: Il-Lista Tal-Kanzunetti Li Għaddew Mill-Ewwel Fażi Tal-Festival Mużika Mużika

Tingħalaq l-ewwel fażi ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, hekk kif intgħażlu l-ewwel 35 kanzunetta mill-148 sottomessi.

Dawn il-kanzunetti ntgħażlu wara deliberazzjoni minn ġurija esperta fil-qasam tal-mużika u l-għadd tal-voti sar fil-preżenza ta’ nutar mill-uffiċju tan-Nutara tal-Gvern.

Fil-fażi li jmiss, il-35 kanzunetta magħżula ser jiġu interpretati live mill-artisti akkumpanjati minn backing track quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel sessjoni. F’din il-fażi ser jgħaddu l-20 kanzunetta semi-finalista tal-festival li ser jittella’ bejn it-18 u 20 ta’ Marzu 2021 ġewwa l-MFCC Ta’ Qali.

Il-Bord ta’ Mużika Mużika jixtieq jirringrazzja lil kull min ħa sehem u wera interess f’dan il-festival.

Il-lista tal-kanzunetti li għaddew mill-ewwel fażi f’ordni alfabetika:

Aħna t-Tnejn

Binti

Duħħan

Fjamma

Għada jisbaħ ukoll

Għajjejt inhobb

Għal dan il-lejl

Għażiż

Ħajti ngħix għalik

Ħarsa Biss

Ħudni Lura

Id f’ Id

Ieqaf ftit

Il-kitarra u jien

Int biss

Jaħasra tgħidulniex

Jien mill-ġdid

Kelma bejn tnejn

Kompli tbissem

Kontra r-Riħ

L-ewwel Jien

Lil Binti

Memorji

Miegħek biss

Min Jaf?

Muftieħ

Naħseb Fik

Sinfonija ħiemda

Ta’ Ftit Kliem

Tbissimli

Teżor

Tista’

Vizzju

Wara x -xita

Warajk

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com