Ara X’Lezzjoni Tah Pulizija Tat-Traffiku…

 Ara X’Lezzjoni Tah Pulizija Tat-Traffiku…

Fuq il-paġna ta’ facebook The Malta Police Force ttella’ kumment minn persuna li twaqqaf minn pulizija tat-traffiku f’Wied il-Għajn li tah lezzjoni b’mod umli.

“Irġiel bħal dawn iġibuk konxju tal-affarijiet b’mod veru eċċellenti. Tlaqt minn ħdejh u bqajt impressjonat bl-erba’ kelmiet li qalli għall-ġid”, tenna l-persuna.

Il-persuna ma laħqitx ħadet in-numru tal-pulizija imma mill-paġna tal-korp innifsu, dan l-uffiċjal kien PC 322. Prosit tassew lill-pulizija u lill-persuna li għoġobha taqsam din l-esperjenza pożittiva.

Ritratt: The Malta Police Force

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com