Araw X’Dendlu Fi Triq Fil-Belt Valletta…

 Araw X’Dendlu Fi Triq Fil-Belt Valletta…
Saret installazzjoni bl-isem ta’ Kuluri Pawlini, mill-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta li qed tfakkar u tiċċelebra r-rikkezza ta’ dawn il-valuri fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha lura fis-6 ta’ Novembru 1970, mill-fundatur tagħha t-tenur Pawlu Asciak. 
 
Tul dawn il-50 sena, l-Għaqda tal-Pawlini rawmet saħħa fid-diversità, kif ukoll għaqda ġenwina sabiex tkattar l imħabba tal-Maltin u l-Għawdxin lejn San Pawl, il-padrun ta’ Malta, permezz tal-festa tan-Nawfraġju tiegħu li tkun ċċelebrata fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar. Dan kollu sar tul is-snin imgħoddija u għadu jseħħ b’impenn għat-tisħiħ spiritwali tal-membri u għall-integrazzjoni tagħhom 
fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Komunità Parrokkjali Pawlina.  
 
Kuluri Pawlini hija mtella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina flimkien mal-Kummissjoni Armar fi ħdan 
l-Għaqda tal-Pawlini u taħt id-direzzjoni artistika tal-membri aħwa, David u Edward Bonello. 
Inħeġġukom tmorru taraw din l-installazzjoni kkulurita fi Triq Santa Luċija minn nhar il-Ħamis 5 sal-aħħar ta’ Novembru.
 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com