Arrestat Waqt Rejd f’Garaxx Fil-Marsa – Isibulu Qratas ta’ Droga, Skieken u Flus

 Arrestat Waqt Rejd f’Garaxx Fil-Marsa – Isibulu Qratas ta’ Droga, Skieken u Flus

Ilbieraħ filgħaxija, il-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-iSpecial Intervention Unit, wettqu rejd ġo garaxx fil-Marsa b’rabta ma` traffikar ta’ droga.

Il-puliziia tal-SIU daħlu fil-post, billi qattgħu l-bibien tal-ħadid, u arrestaw raġel ta’ 30 sena. Minn tfittxija li saret, instabu diversi qratas ta’ droga kokaina u eroina, oġġetti relatati mad-droga, numru ta’ skieken u ammont ta’ flus kontanti.

Dwar il-każ infetġet inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com