Attakk Terroristiku Fi Vjenna: Diversi Persuni Mejta U Midruba

 Attakk Terroristiku Fi Vjenna: Diversi Persuni Mejta U Midruba

Attakk terroristiku fi Vjenna l-Awstrija ilbieraħ ħalla 3 ċittadini mejta u għexieren oħra midruba.

L-Attakk beda ftit wara t-8p.m. f’6 postijiet differenti fi Vjenna, bit-terroristi bdew jisparaw bl-addoċċ fuq in-nies.

Sa issa kien ikkonfermat li nqatel wieħed mit-terroristi, bil-Ministru għall-Intern Awstrijak jgħid li t-terrorista kien terrorist “Iżlamiku” u qal li jindika li kien hemm aktar minn terrorist wieħed nvoluti fl-attakk u ħeġġew il-pubbliku biex jibqa’ ġewwa.

L-awtoritajiet qalu li n-numru tal-vittmi mistenni jkompli jiżdied fil-ħin li ġej.

L-attakk seħħ fl-aħħar lejl qabel “lockdown” li se jibda mil-lum minħabba l-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com